Lines Matching refs:ta
8 Billi t-tkasbir u ż-żebliħ tal-jeddijiet tal-bniedem ġabu magħhom għemejjel kiefra li weġġgħu l-kuxjenza tal-umanità, u l-miġja ta’ dinja fejn il-bnedmin ikunu ħielsa li jitkellmu u jemmnu, meħlusa mill-biża’ u mill-miżerja, kienet proklamata bħala l-ogħla xewqa tal-bniedem,
12 Billi hu essenzjali li jkun imħeġġeġ l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet ta’ ħbieb bejn il-ġnus,
18 Billi fehma komuni ta’ dawn il-jeddijiet u l-libertajiet hi tal-akbar importanza għat-twettiq sħiħ ta’ din il-wegħda,
23 Il-bnedmin kollha jitwieldu ħielsa u ugwali fid-dinjità u d-drittijiet. Huma mogħnija bir-raġuni u bil-kuxjenza u għandhom iġibu ruħhom ma’ xulxin bi spirtu ta’ aħwa.
26 Kulħadd hu intitolat għal dawn il-jeddijiet u l-libertajiet imxandra f’din l-Istqarrija, bla ebda għażla, bħal ta’ razza, lewn, sess, ilsien, reliġjon, opinjoni politika jew kull opinjoni oħra, oriġini nazzjonali jew soċjali, proprjetà, twelid jew kull qagħda oħra.
34 Ħadd m’għandu jinżamm ilsir jew fi stat li jixbah lil dak ta’ lsir. L-iskjavitù u n-negozju tal-ilsiera fl-għamliet kollha tagħhom m’għandhomx jitħallew isiru.
57 2. Ħadd m’għandu jkun ikkundannat minħabba għemil jew tħollija ta’ għemil, li fiż-żmien meta twettqu ma kinux ħtijiet li jistħoqqilhom kastig skont il-liġi nazzjonali jew internazzjonali. Lanqas m’għandu jingħata kastig ikbar minn dak li kien jingħata meta twettqet il-ħtija.
63 1. Kulħadd għandu l-jedd li jmur bil-libertà minn imkien għal ieħor u li jagħżel fejn joqgħod ’il ġewwa mill-fruntieri ta’ kull Stat.
70 2. Dan il-jedd ma jistax jintuża fil-każ ta’ persekuzzjonijiet fondati tassew fuq ħtija kontra l-liġi komuni jew fuq għemejjel kontra l-għanijiet u l-prinċipji tal-Ġnus Magħquda.
101 1. Kulħadd għandu l-jedd li jieħu sehem fil-gvern ta’ pajjiżu, direttament jew permezz ta’ rappreżentanti magħżula bil-libertà.
103 2. Kulħadd għandu l-jedd ugwali li jidħol għas-servizzi pubbliċi ta’ pajjiżu.
108 Kulħadd, bħala membru tas-soċjetà, għandu l-jedd għas-sigurtà soċjali u għandu l-jedd li jissodisfa, permezz tal-isforz nazzjonali u l-koperazzjoni internazzjonali u skont l-organizzazzjoni u r-riżorsi ta’ kull Stat, il-jeddijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali li mingħajrhom ma jistax iżomm id-dinjità tiegħu u jiżviluppa bil-libertà l-personalità tiegħu.
111 1. Kulħadd għandu l-jedd għax-xoghol, għall-għażla ħielsa tal-impjieg, għal kondizzjonijiet ta’ xogħol ġusti u favorevoli u għall-protezzjoni mill-qgħad.
115 3. Kull min jaħdem għandu l-jedd għal ħlas ġust u favorevoli li jiżgura lilu u lill-familja tiegħu għajxien li jixraq lid-dinjità umana, u li jkun miżjud, jekk jeħtieġ, minn kull mezz ieħor ta’ protezzjoni soċjali.
120 Kulħadd għandu l-jedd għall-mistrieħ u għall-btajjel, kif ukoll għal limitazzjoni ta’ ħin raġjonevoli ta’ xogħol u għal vaganzi perjodiċi mħallsin.
123 1. Kulħadd għandu l-jedd għal livell ta’ ħajja suffiċjenti biex jiżguralu saħħtu, għajxien tajjeb għalih u għall-familja tiegħu, speċjalment f’dak li hu ikel, ilbies, dar, kura medika kif ukoll servizzi soċjali meħtieġa; għandu wkoll il-jedd għas-sigurtà f’każ ta’ qgħad, mard, mankament, irmulija, xjuħija u fil-każi l-oħra meta minħabba ċirkostanzi li ma jkollux kontroll fuqhom jitlef il-mezzi tal-għajxien.
132 3. Il-ġenituri għandhom l-ewwel jedd li jagħżlu l-għamla ta’ edukazzjoni li tingħata ’l uliedhom.
137 2. Kulħadd għandu l-jedd li jkollu l-protezzjoni għall-interessi morali u materjali tiegħu meta jkun l-awtur ta’ produzzjoni xjentifika, letterarja jew artistika.