Lines Matching refs:il

8 Billi t-tkasbir u ż-żebliħ tal-jeddijiet tal-bniedem ġabu magħhom għemejjel kiefra li weġġgħu l-kuxjenza tal-umanità, u l-miġja ta’ dinja fejn il-bnedmin ikunu ħielsa li jitkellmu u jemmnu, meħlusa mill-biża’ u mill-miżerja, kienet proklamata bħala l-ogħla xewqa tal-bniedem,
10 Billi hu essenzjali li l-jeddijiet tal-bniedem ikunu mħarsa bil-ħakma tal-liġi biex il-bniedem ma jkunx imġiegħel, fl-aħħar mill-aħħar, li jqum kontra t-tirannija u l-moħqrija,
12 Billi hu essenzjali li jkun imħeġġeġ l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet ta’ ħbieb bejn il-ġnus,
14 Billi fl-Istatut il-popli tal-Ġnus Magħquda xandru mill-ġdid il-fidi tagħhom fil-jeddijiet fondamentali tal-bniedem, fid-dinjità u s-siwi tal-persuna umana, fil-jeddijiet ugwali tar-rġiel u tan-nisa, u qatgħuha li jġibu ’l quddiem il-progress soċjali u joħolqu kondizzjonijiet aħjar tal-ħajja f’libertà akbar,
18 Billi fehma komuni ta’ dawn il-jeddijiet u l-libertajiet hi tal-akbar importanza għat-twettiq sħiħ ta’ din il-wegħda,
20 Għaldaqstant, l-ASSEMBLEA ĠENERALI xxandar DIN L-ISTQARRIJA UNIVERALI DWAR IL-JEDDIJIET TAL-BNIEDEM bħala għan komuni biex jintlaħaq mill-popli u mill-ġnus kollha, ħalli kull bniedem u kull organu tas-soċjetà, billi jżommu dejjem quddiemhom din l-istqarrija, iħabirku biex bit-tagħlim u bl-edukazzjoni jġibu ’l quddiem ir-rispett għal dawn il-jeddijiet u l-libertajiet u biex jiżgurawlhom, b’miżuri progressivi nazzjonali u internazzjonali, l-għarfien u l-ħarsien universali u effettiv, kemm fost il-popli tal-Istati Membri nfushom, kif ukoll fost dawk tal-artijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom.
26 Kulħadd hu intitolat għal dawn il-jeddijiet u l-libertajiet imxandra f’din l-Istqarrija, bla ebda għażla, bħal ta’ razza, lewn, sess, ilsien, reliġjon, opinjoni politika jew kull opinjoni oħra, oriġini nazzjonali jew soċjali, proprjetà, twelid jew kull qagħda oħra.
40 Kulħadd għandu l-jedd li jintgħaraf kullimkien bħala persuna quddiem il-liġi.
43 Kulħadd huwa ndaqs quddiem il-liġi u għandu l-jedd, bla ebda għażla, għal protezzjoni ugwali mil-liġi. Kulħadd għandu l-jedd għal protezzjoni ndaqs kontra kull għażla li tikser din l-Istqarrija u kontra kull provokazzjoni għal għażla bħal din.
49 Ħadd m’għandu jitħalla jkun imħarrek, miżmum il-ħabs jew itturufnat għalxejn b’xejn.
55 1. Kull min hu mixli bi ħtija li jistħoqqilha kastig għandu l-jedd li jkun meqjus bla ħtija sakemm il-ħtija tiegħu tkun pprovata skont il-liġi fi proċess pubbliku li fih ikollu l-garanziji kollha meħtieġa biex jiddefendi ruħu.
57 2. Ħadd m’għandu jkun ikkundannat minħabba għemil jew tħollija ta’ għemil, li fiż-żmien meta twettqu ma kinux ħtijiet li jistħoqqilhom kastig skont il-liġi nazzjonali jew internazzjonali. Lanqas m’għandu jingħata kastig ikbar minn dak li kien jingħata meta twettqet il-ħtija.
63 1. Kulħadd għandu l-jedd li jmur bil-libertà minn imkien għal ieħor u li jagħżel fejn joqgħod ’il ġewwa mill-fruntieri ta’ kull Stat.
70 2. Dan il-jedd ma jistax jintuża fil-każ ta’ persekuzzjonijiet fondati tassew fuq ħtija kontra l-liġi komuni jew fuq għemejjel kontra l-għanijiet u l-prinċipji tal-Ġnus Magħquda.
78 1. L-irġiel u n-nisa li għandom l-età tagħhom taż-żwieġ, għandhom il-jedd jiżżewġu u jwaqqfu familja mingħajr xkiel minħabba r-razza, in-nazzjonalità jew ir-reliġjon tagħhom. Huma għandhom jeddijiet indaqs għaż-żwieġ, matul iż-żwieġ u meta dan jinħall.
80 2. Iż-żwieġ m’għandux isir mingħajr il-ftehim ħieles u sħiħ taż-żewġ għarajjes.
90 Kulħadd għandu l-jedd għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon; dan il-jedd iħaddan il-libertà li wieħed ibiddel ir-reliġjon jew il-konvinzjoni tiegħu u li jkun ħieles, kemm waħdu jew m’oħrajn, fil-beraħ jew fil-privat, jistqarr ir-reliġjon jew il-konvinzjoni tiegħu fit-tagħlim, fl-għemejjel, fil-qima u fil-ħarsien tiegħu.
93 Kulħadd għandu l-jedd għal-libertà li jżomm l-opinjoni tiegħu u li jfissirha; dan iħaddan il-jedd li wieħed iżomm opinjonijiet mingħajr indħil u li jkun jista’ jfittex jirċievi u jgħaddi tagħrif u ideat bil-mezzi li jidhirlu, irrispettivament mill-fruntieri.
105 3. Ir-rieda tal-poplu għandha tkun is-sies tal-awtorità tal-gvern; din ir-rieda għandha tintwera f’elezzjonijiet ġenwini li għandhom isiru minn żmien għal żmien li fihom jivvota kulħadd b’vot indaqs u sigriet jew inkella skont proċeduri bħalhom li jiżguraw il-libertà tal-vot.
108 Kulħadd, bħala membru tas-soċjetà, għandu l-jedd għas-sigurtà soċjali u għandu l-jedd li jissodisfa, permezz tal-isforz nazzjonali u l-koperazzjoni internazzjonali u skont l-organizzazzjoni u r-riżorsi ta’ kull Stat, il-jeddijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali li mingħajrhom ma jistax iżomm id-dinjità tiegħu u jiżviluppa bil-libertà l-personalità tiegħu.
123 1. Kulħadd għandu l-jedd għal livell ta’ ħajja suffiċjenti biex jiżguralu saħħtu, għajxien tajjeb għalih u għall-familja tiegħu, speċjalment f’dak li hu ikel, ilbies, dar, kura medika kif ukoll servizzi soċjali meħtieġa; għandu wkoll il-jedd għas-sigurtà f’każ ta’ qgħad, mard, mankament, irmulija, xjuħija u fil-każi l-oħra meta minħabba ċirkostanzi li ma jkollux kontroll fuqhom jitlef il-mezzi tal-għajxien.
125 2. L-ommijiet u t-tfal għandhom il-jedd għall-kura u għal għajnuna speċjali. It-tfal kollha, kemm jekk twieldu fiż-żwieġ u kemm barra minnu, għandhom igawdu l-istess protezzjoni speċjali.
130 2. L-edukazzjoni għandu jkollha bħala għan l-iżvilupp sħiħ tal-personalità umana u li ssaħħaħ ir-rispett għall-jeddijiet u għal-libertajiet fondamentali tal-bniedem. Għandha tħeġġeġ il-ftehim, it-tolleranza u l-ħbiberija fost in-nazzjonijiet, ir-razez jew il-gruppi reliġjużi kolha u għandha tmexxi ’l quddiem il-ħidmiet tal-Ġnus Magħquda għaż-żamma tal-paċi.
135 1. Kulħadd għandu l-jedd li jieħu sehem bil-libertà fil-ħajja kulturali tal-komunità, li jgawdi l-arti u li jaqsam fil-progress xjentifiku u fil-ġid li jġib miegħu dan il-jedd.
140 Kulħadd hu intitolat għal ordni soċjali u internazzjonali li fih il-jeddijiet u l-libertajiet imxandra f’din l-Istqarrija jkunu jistgħu jitwettqu tassew.
143 1. Kulħadd għandu dmirijiet lejn il-komunità li fiha biss jista’ jwettaq l-iżvilupp ħieles u sħiħ tal-personalità tiegħu.
145 2. Fit-tħaddim tal-jeddijiet u tal-libertajiet tiegħu, kull wieħed għandu jkollu biss dawk il-limitazzjonijiet li jiġu mil-liġi, li għandha biss bħala għan li tiżgura l-għarfien u r-rispett għall-jeddijiet u l-libertajiet tal-oħrajn u li tissodisfa dak li ġustament jitolbu l-morali, l-ordni pubbliku u l-ġid komuni f’soċjetà demokratika.
147 3. Dawn il-jeddijiet u l-libertajiet ma jistgħu fl-ebda każ jitħaddmu kontra l-għanijiet u l-prinċipji tal-Ġnus Magħquda.